Saturday, December 14, 2024

Illum jingħata bidu għall-Euro Under 19 f’Malta

Aqra wkoll

Mil-lum Malta tkun fuq il-mappa Ewropea tal-football hekk kif se tospita l-20 edizzjoni tal-Kampjonat Ewropew ta Taħt it-19-il sena. 

Dan it-tournament se jintlagħab fuq ġimagħtejn bil-finali tkun, il-Ħadd 16 ta’ Lulju. 

Iċ-champions renjanti huma l-Ingilterra iżda se jkunu assenti minħabba li naqsu milli jikkwalifikaw għall-fażi finali. 

Il-Maltin se jkun fi Grupp A, bl-avversarju se jkunu l-Italja, il-Portugall u l-Polonja. 

Grupp B huwa kompost mill-Greċja, l-Islanda, in-Norveġja u Spanja, b’dawn tal-aħħar huma l-favoriti li jgħollu t-tazza. 

Ir-rebbieħa ta’ kull grupp jilagħbu fis- semi-finali kontra t-team li jtemm fit-tieni post mill-grupp l-ieħor u eventwalment ir-rebbieħa jaffrontaw lil xulxin fil-finali. 

Bla dubju, l-avversarji tal-Maltin huma mill-aktar diffiċli u għaldaqstant il-preparazzjoni ilha għaddejja għal dawn l-aħħar xhur taħt ir-responsabbiltá tal-coach Portugiż, Antonio Mendez. 

Għaxar players mill-għażla finali tal-iskwadra ta’ 20 jilagħbu barra minn xtutna jew inkella kkwalifikaw għall-passaport Malti minħabba l-antenati tagħhom. 

Il-logħbiet tal-Maltin huma:

Illum: v Italja, fl- Istadium Nazzjonali, fid-9.00 pm. 

Il-Ħamis, 6 ta’ Lulju: v Polonja, fis-Centenary Sta­dium, fid-9.15 pm. 

Il-Ħadd, 9 ta’ Lulju: v Portugall, fil-Gozo Stadium, fis-6.00 pm.

L-iskwadra finali hija:

Goalkeepers: Luca Camilleri (Mosta), Hugo Sacco (Olympique Marseille – Franza)

Difensuri: Jake Micallef (Boavista – Portugall), Jake Vassallo (Mosta), Ivin Farrugia (Pietá H.), Tristan Viviani (San Diego State Aztecs – Stati Uniti), Mattias Ellul (St Andrews), Sven Xerri (Hamrun S.)

Midfielders: Bjorn Buhagiar (Hamrun S.), Andy Borg, Brooklyn Borg (Gzira U.), Benjamin Hili (Balzan), Dylan Scicluna, Lucas Scicluna (Wolverhamptom Wanderers – Ingilterra),  Lucas Ca­ruana (Sampdoria – Italja), Daniel Le­therby (Corpus Christi – Stati Uniti).

Attakkanti: Alfie Bridgman (Portsmouth – Ingilterra), Basil Tuma (Reading FC – Ingilterra), Nathan Cross (Birkirkara), Sean Gatt (Boavista – Portugall).

Ekonomija

Sport