Saturday, November 16, 2024

Illum jingħata bidu għall-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

It-Tlieta jingħata bidu għall-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League fejn l-aqwa 32 team, skjerati minn bosta pajjiżi, jibdew it-triq ta’ sitt logħbiet biex l-ewwel żewġ timijiet li jtemm f’kull grupp jikkwalifikaw għall-Aħħar 16 liema kompetizzjoni imbagħad tintlagħab fuq bażi eliminatorja fuq żewġ legs. Min-naħa l-oħra, it-ti­mijiet li jtemmu fit-tielet post jikkwalifikaw għall-UEFA Europa League.

Mis-16-il partita ta’ bejn illum u għada, l-aktar waħda li tispikka hija dik bejn Paris St-Germain u Juventus filwaqt li konfront bejn Napoli u Liverpool jlaqqa’ lit-Taljani kontra l-Ingliżi.

Paris SG v Juventus – Din hi l-iktar partita mistennija f’din l-ewwel ġurnata u hija miftuħa għal kull riżultat.

Immexxija mill-coach il-ġdid, Christopher Galtier, Paris St-Germain qed jimmiraw li jirbħu dan l-unur għall-ewwel darba fl-istorja tal-club.

L-avversarji tagħhom, Juventus, ma tantx kellhom bidu qawwi għall-istaġun iżda jħarsu lejn dan il-konfront minn lenti differenti.

Din kienet se tkun partita partikolari għall-player Arġentin ta’ Juventus, Angel di Maria, li fis-sajf li għadda ħalla lill-Pariġini biex ingħaqad mal-Bianconeri. Iżda jinsab imweġġa’.

Iżda dawn tal-aħħar għan­dhom bosta players li qed jirkupraw minn injury – Danilo, Wojciech Szczesny, Federico Chiesa u Paul Pogba filwaqt li PSG għandhom biss lil Julian Draxler li qed ibati minn uġigħ f’irkopptu.

Sevilla v Man City – Manchester City ukoll jimmiraw li jirbħu din it-tazza tant prestiġjuża għall-ewwel dar­ba fejn komplew isaħħu l-iskwadra tagħhom bl-in­klużjoni tal-attakkant ‘ġgant annimalesk’ Erling Haaland li jidher li se jkun il-ġoj­jell tal-partitarji għas-snin li ġejjin meta għad għandu biss 21 sena u li fil-Premier League Ingliż s’issa skorja xejn inqas minn 10 goals.

L-ewwel avversarji tagħ­hom se jkunu l-Ispanjoli ta’ Sevilla li għandhom tradizzjoni ferm pożittiva fit-tazzi Ewropej.

Is-Citizens għandhom il- potenzjal kollu li jiksbu t- tliet punti fi Spanja minkejja li fl-aħħar ħarġa tagħhom fil-kampjonat temmew fi draw ta’ 1-1 għand Aston Villa.

Sevilla xejn m’huma għad­dejjin minn forma tajba meta sofra telfa ta’ 3-0 f’darhom kontra Barcelona.

Huma għandhom lil Tei­xeira Marcao dubjuż għal din il-logħba b’Jesus Corona għandu tliet xhur barra minħabba injury.

Manchester City se jkollhom jgħaddu mingħajr Lu­ke Mbete, Calvin Philips u Aymeric Laporte.

Inter v Bayern M. – Din ukoll hija partita ferm attraenti li tlaqqa’ żewġ ġganti kbar tal-football Ewropew.

Mistenni dwell ferm interessanti bejn iż-żewġ attakkanti – Lautaro Martinez ta’ Inter u Sadio Mane ta’ Bayern Munich.

Bayern għandhom l-iskwadra kollha għad-dispo­żizzjoni filwaqt li Inter għandhom lil Romelu Lukaku nieqes għax qed ibati minn injury fil-hamstring.

Salzburg v Milan – Milan imorru l-Awstrija biex jilagħbu kontra Salzburg.

Ir-Rossoneri jinżlu b’mo-ral għoli għal din il-logħba wara r-rebħa ta’ 3-2 fil-kampjonat kontra r-rivali Inter.   

Il-coach Stefano Pioli mistenni joħroġ bi pjan offensiv għal din il-partita. Hu ma jistax jinkludi lil Alessandro Florenzi, Ante Rebic u Rade Krunic li kollha jinsabu mweġġħin.

Min-naħa ta’ Salzburg, dawn ma jistgħux jinkludu lil Mamady Diabou, Ian Van Der, Seiko Keita, Samson Tijani, Kamil Piatowski u Justin Omoregie li kollha huma mweġġħin.

Napoli v Liverpool – Li­verpool imorru għand Napoli b’moral mill-aktar baxx wara l-bidu diżastruż tal-istaġun fejn għandhom ukoll xejn inqas minn disa’ players imweġġgħin.

Mhux l-istess jista’ jin­għad għal Napoli hekk kif bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tal-Serie A wara li nhar is-Sibt li għadda marru għand Lazio u rebħulhom 3-1.

Ekonomija

Sport