Saturday, November 9, 2024

Illum jingħata bidu għall-UEFA Nations League

Aqra wkoll

Mil-lum sa nhar it-Tlie­ta li ġej jintlagħbu l-ewwel żewġ ġranet tal- edizzjoni tal-UEFA Na­tions League 2025 mifruxa fuq erba’ kampjonati skond il-klassifikazzjoni­jiet tal-edi­z­­­­zjoni preċedenti.  

Din il-kompetizzjoni, li tintlagħab kull sentejn, ġiet fis-seħħ biex jinqatgħu l- partiti ta’ ħbiberija u tipprovdi partiti kompetittivi għal dawk it-timijiet ekwi­valenti mar-rankings tag­ħ­hom.

L-istruttura hija f’forma ta’ kampjonati bil-promoz­zjoni u r-relegazzjoni, b’54 team jieħu sehem … minbarra r-Russja għal raġunijiet politiċi.    

Din se tkun ir-raba’ edizzjoni hekk kif it-tlieta preċedenti ġew mirbuħa mill-Portugall (2019), Franza (2021) u Spanja (2023).

Il-holders Spanjoli jibdew id-difiża tagħhom proprju llum barra minn darhom kontra s-Serbja. 

It-team Malti jinsab f’Lea­gue D Grupp 2 flim­kien mal-Moldova u Andorra, b’ċans tajjeb li nik­sbu l-promozzjoni għal-League C.

L-ewwel żewġ impenji se jkunu barra minn darna kontra l-Moldova (nhar is-Sibt li ġej) u kontra Andorra (it-Tlieta, 10 ta’ Settem­bru).

Interessanti huwa l-fatt li l-Ingilterra se jilagħbu fi League B Grupp 2 wara li ġew relegati mill-ogħla diviżjoni. 

Il-programmi tal-ġranet se jintlagħbu kif ġej:

It-tielet u r-raba’ ġurnata – mill-10 sal-15 ta’ Ottubru. 

Il-ħames u s-sitt ġurnata – mill-14 sad-19 ta’ Novembru. 

Il-kwarti-finali ta’ Lea­gue A jintlagħbu bejn l-20 u l-25 ta’ Marzu 2025, filwaqt li t-tournament finali jintlagħab bejn l-4 u t-8 ta’ Ġunju. 

Ir-rebbieħa jingħataw l- premju ta’ €10.5 miljuni filwaqt li l-finalisti jieħdu €9 miljun. 

Sport