Illum jintlagħbu żewġ finali importanti mill-ewwel turnew ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tan-nazzjonijiet 2026 li se jsir f’Ġibilta’.
Fil-fatt mis-sezzjoni tal-irġiel se jkun hemm finali bejn Miguel Amato u Johan Attard. Dawn iż-żewġ plejers waslu sa din il-fażi hekk kif Amato għeleb lil Clayton Castaldi 9-3 filwaqt li Attard għeleb l-isfida ta’ Clint Azzopardi 9-7.
Fil-kategorija tal-irġiel ta’ ‘l fuq minn 40 sena, il-finalisti se jkunu Jesmond Schembri u Stephen Mangion.
Schembri kiseb rebħa ta’ 9-7 kontra Lee Grima filwaqt li Mangion iddomina lil Johan Grixti 9-0.
Iż-żewġ finali se jsiru fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara u jibdew fis-7.30pm.

