Friday, December 27, 2024

Illum jitla’ s-siparju tal-BOV Kampojnat Premier 2022-23

Aqra wkoll

Illum jitla’ s-siparju tal-BOV Kampjonat Premier għall-istaġun 2022/23 bl-ewwel partita tkun dik bejn Birkirkara u Sirens.

Iżda fl-aqwa partita ta’ din l-ewwel ġurnata jkunu nvoluti ċ-champions Hibernians li jibdew id-difiża tat-titlu kontra r-rivali eterni Valletta.

Minn dan il-programm, il-konfront bejn Hamrun Spartans u Marsxlokk ġie pospost għas-7 ta’ Settembru minħabba li proprju l-bie­raħ l-Ispartans kienu nvoluti fl-ewwel leg tal-play-off tal-UEFA Confe­rence League kontra Partizan Belgrade, fis-Serbja.

Valletta v Hibernians  – Din hija l-partita li l-aktar li tispikka fl-ewwel ġurnata  ta’ dan l-istaġun.

Hibernians bdew l-ista­ġun fuq nota tajba wara li waslu sat-tielet round tal-UEFA Conference Lea­gue biex bagħtu twissija qawwija lill-avversarji li se jkunu minn fost l-isfidanti ewlenin biex iżommu t-titlu.

Min-naħa l-oħra, wara staġun ferm diżappuntanti, Valletta se jidħlu f’era ġdida li tara lill-club jiġi ffinanzjat minn konsorzju li għadu kif ġie ffurmat … biex jerġgħu jkunu forza qawwi fil-football Malti. 

Akkwisti ewlenin ta’ Hibernians: Gabriel Mensah (Gudja U.), Lorenzo Fonseca (Sta Luċija), Kurt Shaw (Sliema W.), Gonzalo Llerena (UD Sanse), Yunusa Muritala (FK Metta).

Akkwisti ewlenin ta’ Valletta: Oke Akpoveta (player liberu), Brandon Pai­ber (Floriana), Bradley Kamdem (player liberu), Enzo Ruiz (Birkirkara), Breno (Retro FC)

Birkirkara v Sirens  – L-ewwel partita tal-istaġun tara lil Birkirkara, li jimmiraw li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa wara li fl-istaġun preċedenti fallew milli jikkwalifikaw għal kompetizzjonijiet Ewropej, jilagħbu kontra Sirens li jittamaw li jispiċċaw fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika wara li fl-istaġun li għadda huma temmew fis-seba’ po­żizzjoni.

Iż-żewġ timijiet għandhom player sospiż – Aidan Cassar għal Birkirkara u Andrej Nakov għal Sirens.

Akkwisti ewlenin ta’ Birkirkara:  Alex da Paixao Alves (Al-Washm), Kevin Tulimieri (Valletta), Osvalo Forestero (Insieme Formia), Denis Ribeiro (Icasa).

Akkwisti ewlenin ta’ Sirens:  Wellington Petinha (Tar­xien R.), Ivan Kolev (Spartak Varna), Sean Cip­riott (Balzan),  Emmanuel Promise (Valletta).

Balzan v Zebbug R.  – Balzan, li salvaw mir-re­le­gazzjoni proprju fl-aħ­ħar ġurnata tal-istaġun se jaffron­taw lit-team promoss ta’ Zebbug Rangers.

Il-coach il-ġdid, Alejan­dro Pantoja, li ħa r-res­ponsabbiltá tat-team ta’ Balzan fl-aħħar tliet ġranet tal-istaġun li għadda, irid jirriorganizza t-team biex jgħolli l-profil hekk kif dan se jkun it-12-il staġun konsekuttiv fil-Premier League.

Min-naħa tar-Rangers, din se tkun il-11-il dehra tagħhom fl-ogħla diviżjoni wara nuqqas ta’ tmien staġuni … wara li rebħu t-tit­lu taċ-Challenge League me­ta fiċ-Championship Decider għelbu lil Pembroke Athleta 5-3 bil-penalties.

Huma se jkunu mingħajr is-servizzi  ta’ Stanimir Miloskovic u Shaun Bugeja li jinsabu sospiżi.

Akkwisti ewlenin ta’ Balzan: Angel Torres (Alverca), Momcilo Raso (Ra­botnicki), Aidan Friggieri (Gudja U.), Ivan Bozovic (Timok Zajecar), Christian Mercieca (Hamrun S.)

Akkwisti ewlenin ta’ Zebbug R.: Leandro Almeida (Hi­­­bernians), Almir Soto (player liberu), Charles Lo­kolingoy (Marconi Stallions), Stefan Jankovic (Pem­­boke A.) Miguel Chetcuti (Pietá H.)

Gzira U. v Sta Lucia  – Gzira United, li kitbu paġna ġdid fl-istorja tal-club wara li waslu sat-tielet round tal-UEFA Conferen­ce League, jaffrontaw lil Sta Lucia li ġew relegati fiċ-Challenge League iżda reġgħu ddaħħlu fil-Premier League wara li Pembroke Athleta tilfu posthom fl-ogħla diviżjoni minħabba raġunijiet finanzjarji.

Fl-aħħar ġurnata tal-ista­ġun li għadda l-Maroons spiċ­ċaw fir-raba’ post wara li għelbu liċ-champions Hi­­bernians 2-1 biex kisbu il-kwalifikazzjoni Ewropea.

Sta Lucia se jkollhom jgħaddu mingħajr is-sospiż Dylan Ciappara.

Akkwisti ewlenin ta’ Gzi­ra U.:  Marcelo Dias (Gudja U.), Brooklyn Borg (Pietá H.), Craig Abdilla (Mqabba).

Akkwisti ewlenin ta’ Sta Lucia: Matthew Calleja Cremona (Hibernians), Michael Johnson (Balzan)

Mosta v Gudja U.  – Mosta jiffaċċjaw lil Gudja Uni­ted li ttrasformaw lilhom infus­hom bħala avversarji inte­ressanti wara li fl-istaġun li għadda spiċċaw fis-sitt post tat-Top Six u għamlu impatt kbir fil-logħba domestika. Din kienet l-aktar pożizzjoni għolja fl-istorja tal-club fejn anke kisbu rispett kbir fil-Premier League.

Min-naħa l-oħra, Mosta jfittxu li jinsew id-diżappunat tal-istaġun li għadda meta spiċċaw fid-disa’ post fejn kien hemm ukoll mumenti li nqabdu taqtiegħa kontra r-re­le­gaz­zjoni.

Huma għandhom lil Andre Spiteri u lil Clayton Failla sospiżi.

Akkwisti ewlenin ta’ Mos­ta: Patrick Mensah (FC Shkupi), Johnson Nsumoh (Birkirkara), Jacob Akrong (FE Grama), Duane Bonnici (Naxxar L.), Calvin Camil­leri (Marsaxlokk).

Akkwisti ewlenin ta’ Gudja U.: Vito Plut (Sta Luċija), Samuel Gomes (Cascavel), John Mintoff (Sliema W.)

Floriana v Pietá H. – Floriana jilagħbu kontra Pietá Hotspurs li għadhom kif ġew promossi fl-ogħla li­vell wara assenza ta’ erba’ snin. Fil-fatt din hija s-16-il dehra tagħhom fil-Premier League wara li ddebuttaw fl-1994/95.

Fl-istaġun li għadda l- Greens kellhom jikkunten­taw bit-tieni post hekk kif lejn it-tmiem ċedew għall- qawwa taċ-champions Hibernians.

Din is-sena se tkun aktar diffiċli u għaldaqstant iridu jkunu aktar konsistenti biex jilħqu l-miri tagħhom.

Akkwisti ewlenin ta’ Floriaina: Carlo Zammit Lonardelli (Sirens), Lorenzo Trillo (AJ Fano), James Scicluna (Pietá H.), Duncan Formosa (Gudja U.), Neil Micallef (Marsaxlokk).

Akkwisti ewlenin ta’ Pie­tá H. : Terence Agius (Zabbar SP), Ange Belibi (player liberu), Sekou Camara (player liberu), Dele Alampasu (FS Jeldava), Clinton Bangura (FC Marchfeld).

Ekonomija

Sport