Friday, February 21, 2025

Illum jittellgħu l-poloz tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Wara li sar magħruf il-kwadru kollu tal-Aħħar 16 tal- UEFA Champions League wara li nhar it-Tlieta u l-Erbgħa ntlagħbu t-tieni legs tal-play-offs, illum f’12.00 pm, f’Nyon l-Isvizzera, jittellgħu l-poloz ta’ dan ir-round kif ukoll tal-kwarti-finali u tas-semi-finali. Il-finali se tintlagħab fl-Allianz Arena, fi Munich, nhar il-31 ta’ Mejju li ġej.  

Intant, wara li l-holders Real Madrid eliminaw lil Manchester City, huma se jiffaċċjaw avversarji mill-aktar diffiċli  hekk kif il-polza se tlaqqagħhom ma’ Bayern Leverkusen jew inkella dawk tal-istess belt, Atletico Madrid. 

It-timijiet li spiċċaw fl-ewwel tmien postijiet fil-Fażi tal-Kampjonat se jkunu seeded u se jilagħbu l-ewwel leg barra minn darhom. 

Dawn huma Liverpool, Barcelona, Arsenal, Inter, Atletico Mad­rid, Bayer Leverkusen, Lille u Aston Villa.

Għaldaqstant, dawk it-tmien timijiet li kkwalifikaw mill-play-offs illum se jkunu jafu d-destin tagħhom. Se jkun hemm tmien pots li f’kull wieħed se jkun hemm żewġ timijiet diffe­renti biex ikunu magħrufa l-avversarji. 

Il-poloz se jkunu hekk:

– (1) Paris St-German v Liverpool jew Barcelona

– (2) Club Brugge v Lille jew Aston Villa

– (3) Real Madrid v Atletico Madrid jew Bayer Leverkusen

– (4) PSV Eindhoven v Arsenal v Inter

– (5) Benfica v Barcelona jew Liverpool

– (6) Borussia Dortmund v Aston Villa jew Lille

– (7) Bayern Munich v Bayer Leverkusen jew Atletico Madrid

– (8) Feyenoord v Inter jew Arsenal 

Imbagħad il-kwarti-finali se jintlagħbu hekk:

– Ir-rebbieħa bejn 1 u 2 (A); 3 u 4 (B); 5 u 6 (C); 7 u 8 (D)

Is-semi-finali se jintlagħbu hekk:

– Ir-rebbieħa bejn A u B; C u D

Ir-round tal-Aħħar 16 jintlagħab bejn l-4/5 u l-11/12 ta’ Marzu. 

Il-kwarti-finali jintlagħbu bejn it-8/9 u l-15/16 ta’ April filwaqt li s-semi-finali jintlagħbu bejn id-29/30 ta’ April u fis-6/7  ta’ Mejju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport