Sunday, December 22, 2024

Illum jittellgħu l-poloz tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Illum, f’Nyon, l-Isvizzera se jittellgħu l-poloz tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League 2023-24.

Dawn se jinqasmu f’erba’ pots ta’ tmien timijiet ibbażati fuq il-klassifika tal-istaġun li għadda, kif ukoll ir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet Ewropej.

Il-finali taċ-Champions League se ssir fl-1 ta’ Ġunju 2024 iżda kollox jibda proprju nhar il-Ħamis bi tlugħ għall-fażi tal-gruppi tal-aqwa kompetizzjoi Ewropea. 

Tnejn u tletin team ikkwalifikaw biex jilagħbu fl-ogħla livell Ewropew u se jkunu maqsuma f’erba’ pots ta’ tmien timijiet. Sitta u għoxrina minn dawn it-timijiet ikkwalifikaw direttament minħabba r-riżultati tajbin domestiċi tagħhom fl-istaġun li għadda.

Is-sitt timijiet l-oħra kisbu posthom permezz tal-play-offsfil-fażi ta’ kwalifikazzjoni. 

Barra minn hekk, hemm ukoll ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjonio Manchester City u lis-seba’ darbiet champions tal-Europa League Sevilla.

It-32 team ġew issidjati hekk:

Pot 1: Benfica, Barcelona, ​​Bayern Munich, Feyenoord, Manchester City, Napoli, Paris Saint-Germain, Sevilla

Pot 2: Atletico Madrid, Arsenal, Borussia Dortmund, Inter, RB Leipzig, Manchester United, Porto, Real Madrid

Pot 3: Lazio, Milan, RB Salzburg, Shakhtar Donetsk, Braga, Red Star, PSV, Copenhagen

Pot 4: Galatasaray, Lens, Newcastle, Real Sociedad, Union Berlin, Celtic, Young Boys, Antwerp

Ekonomija

Sport