Illum, f’Nyon, l-Isvizzera, se jittellgħu l-poloz tar-round preliminari tal-kompetizzjonijiet Ewropej li fihom ikunu nvoluti t-timijiet Maltin.
Hamrun Spartans se jkunu fil-polza tal-UEFA Champions League filwaqt li Birkirkara, Gzira United u Balzan jkunu f’dik tal-UEFA Conference League.
Dan se jkun is-69 staġun tat-Tazza Ewropea u t-32 wieħed taħt l-isem tal-UEFA Champions League. Din il-kompetizzjoni se tibda fis-27 ta’ Ġunju u tintemm fl-1 ta’ Ġunju, 2024, bil-finali tintlagħab f’Wembley Stadium.
Il-UEFA Europa League (mill-2009), li għaddiet minn tliet titli differenti li jinkludu wkoll – it-Tazza tal-Fieri (mill-1955) u t-Tazza UEFA (mill-1971) … tibda fl-4 ta’ Lulju u tintemm fit-22 ta’ Mejju, 2024, f’Aviva Stadium, f’Dublin, l-Irlanda.
Il-UEFA Conference League, li din hija it-tielet darba li se tkun qed tintlagħab, tibda fl-4 ta’ Lulju u tintemm fid-29 ta’ Mejju, 2024, fejn Opap Arena ta’ Ateni se tospita l-finali.