Wednesday, July 24, 2024

Illum Jum id-Duluri

Aqra wkoll

Illum il-Knisja Kattolika tfakkar il-Jum tad-Duluri, li matul dan il-jum inġibu quddiem għajnejna ix-xbieha tal-Madonna wieqfa taħt is-salib, li tibqa’ dejjem turi l-imħabba lejn Ġesù. 

Id-Duluri hija preżenti kuljum u f’kull sitwazzjoni f’ħajjitna u llum niftakru f’dawk il-persuni kollha li għaddejin jew għaddew minn xi tip ta’ tbatija f’ħajjithom, b’mod speċjali lil dik l-omm li tilfet il-wld fil-fjur tiegħu, dik l-omm l għaddiet mill-kalvarju tal-ħlas iżda f’idejha poġġewlha tarbija mejta, dik il-mara msawwta li għad ma sabitx il-kuraġġ li tieħu azzjoni. Bħal dawn in-nies hawn ħafna li sfortunatament tul l-ħajja tagħhom għaddew minn xi dulur.

Għal ħafna dan il-jum ifisser sawm b’sagriffiċji biex titfakkar it-tbatija li għaddew minnha l-Madonna u anke Ġesù fl-aħħar ħinijiet ta’ ħajtu.

Illejla wkoll isiru l-purċissjonijiet fosthom dik il-Belt Valletta u anke fil-Belt Victoria f’Għawdex.

Ekonomija

Sport