Friday, November 22, 2024

Illum kul deżerta żejda

Aqra wkoll

Fl-4 ta’ Settembru l-popli tad-dinja jkunu mħeġġa biex jieklu deżerta żejda … allura minflok waħda jieħdu tnejn.

Hekk kif wieħed jassumi li kulħadd jieħu deżerta wara l-ikel b’mod regolari, illum qed ikunu mħeġġin biex jieħdu tnejn minflok waħda. L-għan wara dan il-jum hu biex wieħed jiftakar li minkejja l-istress kbir li ħafna nies qegħdin jgħaddu minnu, meta tiekol il-ħelu jista’ jtaffi ftit minn dan kollu.

Allura wieħed x’jista’ jagħmel f’dan il-jum… tista’ tieħu scoop żejda ġelat, jew xi pasta tajba li tkun ilek ma tieħu bħala. Tħobb xi tħobb, illum tista’ tieħu dik il-ħaġa żejda.

Però wara dan kollu wieħed irid jiftakar li f’dan il-jum hemm messaġġ partikolari … li kulħadd għandu jiftakar f’xi ħadd li jħobb u biex turih li l-ħajja hija sabiħa tixtrilu pasta jew xi ġelat.

Intant, jingħad li l-kelma deżerta ‘dessert’ ġejja mill-verb Franċiż desservir li jfisser ‘tnaddaf il-mejda’. Fil-passat kienu l-familji sinjuri li kellhom “id-dritt” li jieħdu deżerta wara l-ikel.

Sport