Thursday, December 26, 2024

Illum l-Istrina 2024- Flimkien b’solidarjetà

Aqra wkoll

Illum sebaħ jum ieħor impenjattiv għalina bħala poplu – Jum L-Istrina. Din hija propju l-ewwel l-attività ewlenija tal-President tar-Repubblika Myriam Spiteri Debono.

Jagħmel kemm jagħmel l-Istat qatt m’hu biżżejjed quddiem l-isfidi u s-saram li toffri l-ħajja. Is-sena li għaddiet waqt l-Istrina inġabru mal-€5,279,000. Xħin wieħed jara għajnuna jkunu jeħtieġu dawk milqutin, fost affarijiet oħra, minn mard kiefer, wieħed għandu jħossu kburi u sodisfatt li kkontributa dak li jiflaħ għall-fond tal-Istrina.

Illum huwa jum speċjali. Jum li matulu għandna nieqfu minn kollox u naħsbu primarjament f’kemm huwa nobbli l-għan li hemm wara L-Istrina. Huwa jum li għandu jgħaqqadna bħala poplu. Jum li matulu għandna ninsew id-differenzi li jista’ jkun hemm f’ideoloġiji, huma x’inhuna.

Differenzi li għandna nuru kapaċità inwarrbuhom fil-ġenb biex f’ħidma kollettiva nagħtu rigal mill-isbaħ lill-Presidenza tar-Repubblika ta’ Malta biex permezz tal-Community Chest Fund tkompli tkun ta’ għajnuna bla qies għal dawk ħutna li jkunu jeħtieġu l-għajnuna.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport