Friday, April 19, 2024

Illum l-MT Hephaestus jitniżżel taħt il-baħar fl-inħawi tax-Xatt l-Aħmar f’Għawdex

Aqra wkoll

Sa minn kmieni dalgħodu Cassar Ship Repairs bdiet ħidma biex l-MT Hephaestus ikun jista’ jitniżżel taħt il-baħar fl-inħawi tax-Xatt l-Aħmar f’Għawdex.

Il-baħar qawwi tal-10 ta’ Frar kien wassal biex il-bastiment inkalja fuq il-blat qrib iż-żona Ta’ Fra Ben, fil-Qawra. Il-vapur b’tul ta’ madwar 85 metru kellu numru ta’ membri tal-ekwipaġġ abbord li kienu niżlu l-art mingħajr ma sofrew ġrieħi.

Xi xhur ilu, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo waqt it-tnedija ta’ strateġija għall-għadis kien tkellem dwar il-preparamenti li kienu għaddejjin b’rabta mal-ġurnata tal-lum. Huwa kien qal li din l-attrazzjoni hija parti mill-ħidma biex jinħolqu iżjed attrazzjonijiet marittimi biex tissaħħaħ il-versatilità fis-settur.

Sport