Thursday, March 26, 2026

Illum Malta tilgħab l-ewwel play-off għal League C kontra l-Lussemburgu

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

It-team nazzjonali Malti jinsab quddiem sfida importanti hekk kif se jiffaċċja lil Lussemburgu fil-play-offs tal-UEFA Nations League, b’ċans ċar li jikseb promozzjoni għal League C.

Dan il-konfront fuq żewġ legs jista’ jkun wieħed kruċjali għall-futur tal-football Malti, hekk kif it-team immexxi mill-coach, Emilio De Leo (ritratt), qed jimmira li jkompli jtejjeb il-livell  fix-xena Ewropea.

Il-partita tal-lum mistennija tattira inte­ress kbir hekk kif f’dawn l-aħħar jiem il-pubbliku kien qed jiġi mħeġġeġ jattendi u jagħti l-appoġġ lill-benjamini tagħna.

Min-naħa tagħhom, il-Lussemburgu m’għandhomx team dgħajjef li kien snin ilu. Taħt it-tmexxija tal-kowċ Jeff Strasser, Les Lions Rouges għamlu progress kon­siderevoli u bħalissa jinsabu fil-102 post fir-ranking tal-FIFA.

L-istorja bejn iż-żewġ nazzjonijiet turi bilanċ relattiv, b’Malta tirbaħ darbtejn, titlef tliet darbiet u żewġ draws. L-aktar konfront riċenti fl-2023 ra lil Malta toħroġ rebbieħa 1-0 barra minn darha, riżultat li jista’ jagħti fiduċja lill-players Maltin qabel dawn il-play-offs.

Fl-indirizz tal-konferenza stampa, De Leo ried jgħaddi messaġġ ċar: it-twemmin, il-konsistenza u l-fokus se jiddefinixxu l-approċċ ta’ Malta.

De Leo enfasizza li, minkejja s-sinjifikat tal-logħba, m’hemm l-ebda pressjoni żejda fil-kamp.

“Mhux se nibdlu min aħna minħabba logħba waħda,” huwa stqarr, filwaqt li enfasizza li l-identità tal-iskwadra nbniet bir-reqqa matul iż-żmien.

“Minflok, Malta se tfittex li tibni fuq il-pedamenti stabbiliti f’dawn l-aħħar xhur, partikolarment il-progress miksub minn Novembru ’l hawn.” Il-coach enfasizza li l-players għandhom ikunu kburin bl-opportunità li jikkompetu għall-pro­moz­zjoni, aktar milli jkunu mgħobbija biha.

Il-kunfidenza u l-maturità kienu temi rikorrenti matul il-konferenza stampa. De Leo indika l-fiduċja u l-iżvilupp dejjem qed jikbru filwaqt li enfasizza li l-prestazzjonijiet m’għandhomx ikunu kkundizzjonati mill-avversarji jew minn aspettattivi esterni. Filwaqt li l-attenzjoni tibqa’ ffukata sew fuq l-ewwel leg, huwa insista li t-team irid jevita li jħares ’il bogħod wisq jew ipoġġi pressjoni bla bżonn fuqu nnifsu.

Pożittiv ieħor enfasizzat kien il-konnessjoni mġedda mal-partitarji. Skont De Leo, Malta, qed terġa’ tattira partitarji lejn l-istadium u tagħtihom team li jemmnu fih – xi ħaġa li l-iskwadra beħsiebha tibni fuqha billi tiffoka fuq il-pożittivi aktar milli fuq in-negattivi.

Matthew Guillaumier tenna s-sentimenti tal-coach tiegħu, filwaqt li rrifletta wkoll fuq esperjenzi tal-passat, partikolarment il-logħba kontra l-Gżejjer Faroe. F’dik l-okkażjoni, Malta ffaċċjat sitwazzjoni fejn kellha tirbaħ — xenarju li pprovda lezzjonijiet siewja għall-iskwadra. Huwa nnota li filwaqt li xi players għexu dik l-esperjenza, oħrajn huma iżgħar jew ġodda għat-team u se jiltaqgħu ma’ pressjoni bħal din għall-ewwel darba.

Madankollu, kemm il-player kif ukoll il-coach kienu allinjati fil-messaġġ tagħhom: it-team mhux se jbiddel l-approċċ tiegħu għal logħba waħda iżda se jkompli jikber minn dak li diġà nkiseb.

Meta ddiskutew lill-avversarji,  it-tnejn irrikonoxxew l-isfida li għandhom qud­diemhom. Il-Lussemburgu huma kklassifikati ogħla u, fuq il-karta, huma kkunsidrati favoriti. Huma jiftaħru wkoll bi players li jikkompetu f’kampjonati b’saħħithom. Madankollu, kif irrimarka De Leo, il-logħbiet ma jiġux deċiżi fuq il-karta iżda fil-ground … fejn Malta beħsiebha turi l-valur tagħha.

Dwar il-kundizzjoni fiżika tal-iskwadra, il-coach ikkonferma li, minbarra Joseph Mbong li huwa sospiż, il-players kollha jinsabu f’kundizzjoni tajba. Meta indirizza t-tħassib dwar il-konġestjoni tal-logħbiet, De Leo wieġeb b’mod sinċier, fejn innota l-ironija li fil-passat kien hemm ilmenti dwar li ma ntlagħbux biżżejjed logħbiet, filwaqt li issa hemm tħassib dwar li qwd jintlagħbu wisq.

B’fokus, twemmin, u identità ċara, Malta tidħol għal din il-partita determinata li tkompli bl-avvanzi tagħha.

Il-partita tibda fis-6.00 pm u se tintwera diretta fuq TVMSports+

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport