Wednesday, October 23, 2024

Illum Malta tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Lussemburgu

Aqra wkoll

Illum it-team nazzjonali Malti jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Lussemburgu bħala parti mill-preparazzjoni għaż-żewġ konfronti mir-round ta’ kwalifikazzjoni  minn Grupp tal-Euro 2024. 

Iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu proprju dan ix-xahar – fis-16 kontra l-Ingilterra fl-Istadium Nazzjonali u tlett ijiem wara kontra l-Ukrajna f’Anton Malatinsky Stadium, fil-belt ta’ Trnava, fis-Slovakkja. Dan minħabba li l-Ukreni ma jistgħux jilagħbu l-logħbiet tagħhom f’darhom minħabba li bħalissa l-pajjiż jinsab assedjat mill-qawwiet Russi. 

Fl-istess grupp tal-Maltin hemm ukoll l-Italja u l-Maċedonja li diġá lgħabna kontra tagħhom u ħriġna telliefa bl-iskor ta’ 2-0 u 2-1 rispettivament. 

Dan il-konfront se jkun wieħed diffiċli għall-fatt li t-team tal-Lussemburgu jinsab rrankjat fil-91 post li jfisser li matul dawn tal-aħħar snin kisbu riżultati pożittivi grazzi għall-fatt li l-iskwadra nazzjonali qed tkun komposta minn bosta players barranin li qed jissetiljaw f’dan il-pajjiż minħabba li huwa qrib l-Unjoni Ewropea. 

 Huma jinsabu fi Grupp J u fiż-żewġ logħbiet  tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, huma spiċċaw fi draw ta’ 0-0 fis-Slovakkja iżda sofrew telfa kbira f’darhom bl-iskor ta’ 6-0 kontra l-Portugall. 

It-team huwa mmexxi mill-coach, Luc Holtz, li ilu fil-kariga għal xejn inqas minn 13-il sena. Huwa lagħab ukoll mat-team nazzjona­li ta’ pajjiżu u huwa meqjus bħala motivatur kbir. 

Fl-iskwadra Maltija ġie msejjaħ l-attakkant ta’ Hibernians, Jurgen Degabriele, li fiż-żewġ logħbiet kompetittivi msemmija kien nieqes minħabba li kien qed jirkupra minn injury. 

Għal din il-logħba, il-midfielder Teddy Teuma se jkun nieqes minħabba li ftit tal- jiem ilu temm l-impenji fil-kampjonat Bel­ġjan ma’ St Gilloise li tilfu t-titlu proprju fl-aħħar sekondi … meta huma sfaw megħluba 3-1 minn Brugge filwaqt li Antwerp spiċċaw fi draw ta’ 2-2 għand Genk. 

Dan se jkun is-seba’ konfront bejn Malta u l-Lussemburgu … bir-rekord ikun ta’ reb­ħa, żewġ draws u tliet telfiet. 

Il-partita se tintlagħab f’Luxembourg Stadium, impjant li ġie inawgurat sentejn ilu li jesa’ madwar 10,000 spettatur. 

Sport