Friday, August 15, 2025

Illum mistennija l-laqgħa bejn Putin u Trump

Aqra wkoll

Illum, id-dinja se tkun qiegħda tħares b’interess kbir lejn l-Alaska hekk kif għall-ħabta tad-9.30am (ħin lokali) se tkun qiegħda ssir il-laqgħa tant mistennija bejn il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u l-President Russu Vladimir Putin.

Għalhekk kulħadd qiegħed jistenna li din il-laqgħa se ssir biex ikun hemm xi forma ta’ ftehim ta’ paċi fil-gwerra fl-Ukranja, rapport fil-midja qalu li Putin mistenni li jagħmel offerti ekonomċi tajbin lil Trump biex b’hekk jirbaħ l-appoġġ tiegħu.

S’issa ma hemm l-ebda indikazzjoni li din il-gwerra tista’ tieqaf hekk kif matul il-lejl li għadda komplew l-attakki miż-żewġ naħat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport