Il-11 ta’ April huwa jum li fih niċċelebraw lill-annimali domestiċi. Dan il-jum b’mod partikolari jqajjem għarfien li hemm annimali domestiċi li mhux dejjem jingħataw l-attenzjoni, il-kura u l-imħabba li tixraqilhom.
Tista’ tgħid li l-maġġoranza tagħna, f’xi fażi ta’ ħajjitna, rabbejna xi annimal domestiku bl-aktar popolari jkunu l-klieb, il-qtates u l-għasafar. L-imħabba u d-dedikazzjoni li nagħtu u nirċievu lura minn annimal domestiku hija kbira u proprju f’dan il-jum infakkru li ebda tip ta’ moħqrija lejhom mhi xierqa.
Biex tagħmlu dan il-jum aktar speċjali għall-annimali domestiċi tagħkom tistgħu taraw li tqattgħu ħin ta’ kwalità magħhom billi tilagħbu magħhom, teħduhom passiġġata jew tfissduhom ftit aktar mis-soltu.
Tistgħu wkoll tixtrulhom l-ikel favorit tagħhom jew xi ġugarell.