Thursday, December 26, 2024

Illum pellegrinaġġ bid-Duluri u l-Kurċifiss fit-toroq tal-Belt

Aqra wkoll

Illum it-Tnejn, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jmexxi l-pellegrinaġġ nazzjonali bl-istatwa devota tad-Duluri u l-Kurċifiss Mirakoluż ta’ Ġieżu, fit-toroq tal-Belt Valletta. Il-pellegrinaġġ se jibda fis-6:00 p.m. mill-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu). Fi tmiem il-pellegrinaġġ l-Arċisqof jagħti l-barka sagramentali.

Matul il-pellegrinaġġ se jsir talb sabiex il-Mulej jgħinna waqt dan iż-żmien ta’ nuqqas ta’ paċi fid-dinja, b’mod speċjali fl-Ukrajna u r-Russja. Kien għalhekk li ġie deċiż li għal din il-mixja ta’ fidi bl-istatwa tad-Duluri, jinħareġ ukoll il-Kurċifiss Mirakoluż.

Ekonomija

Sport