Wednesday, December 25, 2024

“Illum qed insarrfu l-frott ta’ dawk id-deċiżjonijiet li ħadna”

Il-Prim Ministru Robert Abela, waqt intervista fuq One Radio

Aqra wkoll

F’intervista fuq ONE Radio, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar in-normalità li erġajna bdejna nesperjenzaw minn dan is-sajf.

Il-Prim Ministru qal li minn Jannar tal-2020 meta nħatar għall-ewwel darba Prim Ministru, dan huwa l-ewwel sajf li qed ngħixu f’normalità sħiħa. Huwa saħaq li l-gvern investa ħafna fis-saħħa tan-nies  sabiex jipproteġi kemm is-saħħa u l-ħajjiet kif ukoll l-impjiegi u negozji f’pajjiżna. “Illum qed insarrfu l-frott ta’ dawk id-deċiżjonijiet li ħadna.”

Huwa nnota kif il-programm b’saħħtu ta’ vaċċinazzjoni li kellna għen biex pajjiżna jirritorna għal din in-normalità sħiħa. 

Il-Prim Ministru semma wkoll l-irkupru ekonomiku li ddeskrivieh bħala ċ-ċavetta tas-suċċess li jista’ jkollu l-Gvern. Huwa saħaq kif il-gvern għen lin-nies waqt il-pandemija bis-saħħa ta’ diversi skemi fosthom il-wage suppliment biex seta’ jipproteġi n-nies. Dan seta’ jsir għax kellna tkabbir ekonomiku li baqa’ jikber kull sena. 

L-investimenti li saru waqt ix-xhur tal-pandemija fissru li l-kapaċità produttiva tan-negozji tagħna żammejnieha b’saħħitha. Dan għen biex ikunu protetti l-impjiegi. 

“Grazzi għall-Gvern Laburista, Malta għandha l-inqas rata ta’ qgħad li qatt kellu pajjiżna; disa’ darbiet inqas mir-rata’ ta persuni qegħda li kien hemm fi żmien il-Partit Nazzjonalista,” tenna l-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru Abela kompla jitkellem dwar il-ħidma tal-Gvern fl-ewwel mitt ġurnata fejn semma r-riformi li bdew qabel l-elezzjoni fosthom ir-riforma f’Identity Malta dwar kif jiġu proċessati visas u permessi tax-xogħol għall-ħaddiema. Din hija riforma li sar ħafna xogħol fiha.

Dr Abela qal kif is-settur tat-turiżmu jibqa’ kruċjali għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Bħalissa wkoll għaddejja diskussjoni ma’ airline ġdida li hija l-Wizz Air biex jiġi żgurat li għax-xhur li ġejjin insaħħu dan l-irkupru ekonomiku għal pajjiżna.
Il-Prim Ministru spjega kif is-settur privat ikkontribwixxa għal dan l-irkupru fejn il-maġġoranza tal-lukandiera bi skemi li ta dan il-Gvern, baqgħu jirrinovaw u jinvestu fil-lukandi għalhekk kif it-turiżmu rritorna lejn pajjiżna dawn setgħu jiftħu l-bibien tagħhom mill-ġdid.

Settur ieħor li semma waqt l-intervista huwa s-settur tal-avjazzjoni fejn kellna investiment sostanzjali ta’ 20 miljun ewro. Il-kwalità ta’ dan l-investiment fejn għandek ditta internazzjonali tal-avjazzjoni li għażlet li tespandi l-operat tagħha f’pajjiżna b’dan il mod. Dan juri l-fiduċja f’pajjiżna kif ukoll il-ħolqien ta’ 200 karriera ġdida.

Huwa semma wkoll il-kisba li għamilna biex tneħħejna mill-lista l-griża u li: “pajjiżna huwa l-anqas pajjiż li dam fil-lista l-griża. Dan juri sinjal pożittiv u b’saħħtu ħafna.”

Robert Abela qal ukoll kif minkejja li għaddiet l-elezzjoni, l-għajnuna baqgħet għax il-prinċipju ta’ dan il-Gvern hu li jsostni lin-nies is-sena kollha u mhux għax tkun ġejja l-elezzjoni. “In-nies jafuu li magħna għandhom serħan il-moħħ. Li aħna ħa nibqgħu dejjem hemm għalihom fil-mumenti diffiċli” qal Dr. Abela.

Fl-aħħar nett, il-Prim Ministru appella biex in-nies igawdu s-sajf u jħallu l-Gvern jinkwieta fuq kif se jibqa’ jmexxi pajjiżna ‘l quddiem. 

Ekonomija

Sport