Saturday, December 6, 2025

Illum San Nikola… li minnu bdiet l-istorja ta’ Father Christmas

Aqra wkoll

Illum il-Knisja Kattolika qiegħda tfakkar lil San Nikola li kien miet fis-6 ta’ Diċembru ta’ 343. Twieled f’Patara eżatt fil-villaġġ ta’ Licia fit-Turkija. 

Aktar tard hu ġie kkonsagrat Isqof ta’ Myra.

L-istorja u l-ħolqiet tal-karattur ta’ Father Christmas bdiet minn dan il-Qaddis. Skont is-sit tal-Vatikan San Nikola kien jaf li hemm raġel bi tlett ibniet fl-età taż-żwieġ. Il-familja kienet fqira, u t-tfajliet żgħar kienu fil-periklu li jiġu mġiegħla jipprostituw ruħhom, għax missierhom ma setax jaffordja dota xierqa. Lejl wieħed, Nikola mar id-dar tal-familja, u xeħet borża muniti mit-tieqa miftuħa li kien hemm – imbagħad ħarab qabel ma seta’ jiġi identifikat. Bil-flus, il-missier irnexxielu jikseb żwieġ għat-tifla l-kbira tiegħu. Nikola rritorna darbtejn oħra, dejjem bil-lejl sabiex ma setax jiġi identifikat. Iżda t-tielet darba, il-missier ħareġ jiġri mid-dar biex jidentifika l-benefattur misterjuż tiegħu. Nikola talbu biex ma jgħid lil ħadd x’kien għamel.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport