Friday, December 27, 2024

Illum se jinstema’ l-appell mill-UEFA li ressqu Levski S. kontra Hamrun S.

Aqra wkoll

Quddiem il-Bord tal-Protesti tal-UEFA, illum se jinstema’ l-protest li nhar il-Ġimgħa li għadda ressqu Levski Sofia kontra Hamrun Spartans biex it-tieni leg tat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League jiġi null u jerġa’ jintlagħab.

Dan minħabba li huma qed isostnu li t-tieni goal li skorjaw Hamrun Spartans wasal minn pożizzjoni illeġittima tal- iskorer Ryan Camenzuli.

Filmat juri li Camenzuli, b’mod irregolari kien madwar tliet metri fin-naħa Bulgara qabel ma Hamrun Spartans komplew il-logħob miċ-ċirku ta’ nofs il-ground wara li sofrew il-goal tad-draw fil-91 minuta.

Peró din il-pożizzjoni rregolari ma ġiet innotata mill-ebda uffiċjal u għaldaqstant il-logħob seta jitkompla bil-konsegwenza li Camenzuli skorja l-goal tar-rebħa ta’ 2-1 bil-konsegwenza li l-logħba kellu tmur fil-ħin barrani meta l-aggregate kien dak ta’ 2-2.

Kif jaf kulħadd, ir-riżultat baqa’ dak ta’ draw sal-ħin barrani biex eventwalment l-Ispartans rebħu 4-1 bil-penalties biex ikkwalifikaw għall-play-offs ta’ din il-kompetizzjoni.

Huma qed jargumentaw li dan kien żball tekniku. Peró fil-veritá wieħed jiddubita kemm il-protest se jintlaqa’ minħabba l-fatt li pożizzjoni rregolari li ma tkunx innotata mit-terna arbitrali tkun meqjusa bħala “żball” tal-uffiċjali tal- logħba minħabba li f’din l-azzjoni ma kien l-ebda teknikalitá żbaljata.

Jekk wieħed ireġġa’ l-arloġġ lura, kulħadd jiftakar il-goal ta’ Frank Lampard, meta nhar is-27 ta’ Ġunju, 2010, kien skorja għall-Ingilterra kontra l-Ġermanja  liema partita kienet mill-Aħħar 16 tat-Tazza Tazza tad-Dinja li ntlagħbet fl-Afrika t’Isfel.

Fid-39 minuta, huwa kien kiseb id-draw ta’ 2-2 (parazjalment) meta d-daqqa ta’ ras tiegħu għelbet lil Manuel Neuer, ħabtet mal-mimduda u l-ballun daħal metru fix-xibka. Iżda għal għaġeb ta’ kulħadd il-goal ma ġiex konvalidat min­ħabba li ħadd mit-terna arbitrali ma nduna li l-ballun daħal fix-xibka!!

Demoralizzati għall-aħħar, l-Ingilterra spiċċaw biex tilfu l-logħba bl-iskor ta’ 4-1.

Minkejja rrabjati, l-Ingliżi ma setgħux jipprotestaw minħabba li r-riżultat baqa’ fis-seħħ għax kien żball tar-referee u l-assistenti tiegħu … peró ma kien hemm l-ebda teknikalitá żbaljata.

… U proprju l-pożizzjoni ta’ Ryan Ca­menzuli li ssarrfet f’goal hija fuq l-is­tess binarji. 

Ekonomija

Sport