Is-Segretarju tad-Difiża Amerikan Pete Hegseth waqt konferenza tal-aħbarijiet li qiegħed jagħti bħalissa qal li llum se tkun l-agħar ġurnata tal-attakki fuq l-Iran.
“Illum, se tkun l-agħar ġurnata tal-attakki fuq l-Iran. Se jkun hemm l-akbar attakki minn meta bdiet il-gwerra u dan hekk kif l-Istati Uniti issa għadha aktar inteliġenza preċiża…” qal Hegseth waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Qal ukoll li l-Iran fl-aħħar 24 siegħa spara l-inqas missili u drones minn meta bdiet il-gwerra u dan juri biċ-ċar skont Hegseth li l-Iran qiegħed jitlef is-saħħa militari tiegħu.

