Sunday, November 24, 2024

Illum tibda l-qofol tas-sħana

Aqra wkoll

Illum mistenni li tibda l-qofol tas-sħana hekk kif l-AntiĊiklun Afrikan se jkun qiegħed jintensifika fejn mistennija temperatura ta’ 41°C. Din se tkompli għas-7 tijiem li ġejjin.

Dan it-tbassir sar mis-sit l-Aġġornament tat-Temp fejn fir-rapport dettaljat qal li t-temperaturi li għadna bħalissa ma nistgħux naqbdu u ngħidu li huma kważa ta’ tibdil fil-klima. “Fil-fatt insibu li tali temperaturi ġew irreġistrati diversi snin ilu,” kiteb l-Aġġornament tat-Temp.

Ta’ min jgħid li l-anti-ċiklun Afrikan minn dejjem kien jaffettwa kemm il-Mediterran u anke l-Ewropa. Meta firxa ta’ pressjoni għolja testendi mill-Afrika sal-Ewropa dejjem iġġib magħha sitwazzjoni simili bħal dik li għadna bħalissa.

Is-sit ikompli jgħid li l-aktar fattur li qiegħed ikun u jikkaġuna temp xott u sħun hija l-umdità. Din qiegħda tkun anke ta’ 30% u għalhekk tkompli tgħolli t-temperatura u ġġib magħha riħ sħun.

L-indikazzjonijiet huma li din il-pressjoni għolja se titlef mill-intensità tagħha nhar is-Sibt, 29 ta’ Lulju.

Sport