Friday, November 14, 2025

Illum tiġi gi tmiemha l-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ewropa

Aqra wkoll

Illum Malta se tkun qiegħda ttemm il-Presidenza tagħha tal-Kunsill tal-Ewropa wara li assumiet dan ir-rwol fl-14 ta’ Mejju li għadda.

F’dawn ix-xhur, Malta ħadmet b’impett lejn  id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, waqt li ntweriet direzzjoni politika fi żmien fejn l-Ewropa qed tiffaċċja tensjonijiet ġeopolitiċi, sfidi soċjali u theddid teknoloġiku ġdid.

Fuq nett tal-aġenda Malta għażlet li tpoġġi l-protezzjoni tat-tfal fil-qalba tal-programm tal-Kunsill tal-Ewropa, b’enfasi partikolari fuq il-prevenzjoni tal-isfruttament u l-abbuż, b’mod speċjali dak li jista’ jseħħ onlajn.

Malta poġġiet ukoll liż-żgħażagħ fuq quddiem nett tal-aġenda, waqt li ġew organizzati inizjattivi u laqgħat li jagħtu lil dawk żgħar vuċi akbar fil-proċessi demokratiċi, bil-għan li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika.

Waqt il- Presidenza Malta enfasizzat il-ġlieda kontra r-riformi diskriminatorji, il-protezzjoni tal-minoranzi u l-ħarsien tad-dinjità umana, filwaqt li ħeġġet lill-istati membri jkomplu jagħmlu pressjoni għal ambjent Ewropew aktar inklussiv u sigur.

Malta wkoll żammet pożizzjoni soda favur solidarjetà ma’ pajjiżi affettwati mill-konflitti u enfasizzat li l-koperazzjoni multilaterali hi l-uniku mod biex jiġu indirizzati l-kriżijiet globali tal-lum.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport