Saturday, December 14, 2024

Illum tintlagħab fil-finali tal-UEFA Nations League bejn il-Kroazja u Spanja

Aqra wkoll

Il-Kroazja għaddew għall- ewwel finali tal-UEFA Nations League tagħhom bis-saħħa ta’ rebħa eċċitanti ta’ 4-2 wara l-ħin barrani kontra l-ospiti l-Olanda nhar l-Erbgħa li għadda, u llum se huma jirritornaw f’Rotterdam bil-għan li jassiguraw l-ewwel titlu fl-istorja tagħhom f’tournament finali. Il-logħba tibda fid-8.45 pm.

Intant Spanja ħallewha tard iżda għelbu lill-Italja 2-1 grazzi għall-goal rebbieħ ta’ Joselu fit-88 minuta, u se jittamaw li jmorru waħda aħjar mill-2021 meta fil-finali tilfu 2-1 kontra Franza.

Dawn iż-żewġ pajjiżi żgur li kienu nvoluti f’xi kompetizzjonijiet diver­ten­ti matul is-snin. 

L-ewwel laqgħa kompetittiva tagħhom waslet fil-Euro 2012, bi Spanja jirbħu l-logħba ta’ Grupp Ċ 1-0 grazzi għal goal tard minn Jesus Navas. 

Il-Kroazja kisbu vendetta erba’ snin wara fil-Euro 2016 billi rebħet 2-1 fi Grupp D.

Spanja għelbet b’mod inkredibbli lill-Kroazja bl-iskor ta’ 6-0 bi prestaz­zjoni brillanti fin-Nations League fl-2018, iżda mbagħad tilfu 3-2 kontra l-istess avversarji xahrejn wara.

Iżda l-aktar laqgħa riċenti tagħhom kienet forsi l-aktar waħda memorabbli, bi Spanja jirbħu partita straordinarja bl-iskor ta’ 5-3 fil-Euro 2020 wara l-ħin barrani. Mario Pasa­lic skorja fil-ħin miżjud għall-Kroazja biex l-iskor sar parita’ ta’ 3-3, iżda goals fil-ħin barrani minn Álvaro Morata u Mikel Oyarzabal eventwalment raw lil Spanja joħorġu minn fuq.

Jekk l-istorja hija xi ħaġa li tgħaddi, il-goals għandhom ikunu garantiti f’din il-finali.

L-aħħar sitt snin kienu bħal ħolma għall-partitarji tal-Kroazja; midalji tal-fidda u tal-bronż fit-Tazzi tad-Dinja konsekuttivi, li laħqu l-istadju tan-knockout fil-Euro 2020 u issa midalja oħra fin-Nations League.

Il-coach Zlatko Dalic hu­wa totalment korrett meta jgħid li din hija l-akbar ġenerazzjoni tal-Kroazja li qatt kellhom. 

It-team tiegħu għandu kwalità, saħħa mentali, spirtu ta’ team u mħabba kbira lejn pajjiżhom, u għandhom iċ-ċans li jirbħu l-ewwel trofew ewlieni għall-Kroazja: ma jistax ikun hemm motivazzjoni akbar. Se jkunu għajjenin wara li lagħbu l-ħin barrani fis-semi-finali fi tmiem staġun twil? Le. Dan kien biss “taħriġ” addizzjonali.

L-ewwelnett, qed tiġi mbassra partita mill-isbaħ u divertenti. 

Il-mistoqsijiet ewlenin huma: Spanja tista’ xxekkel lil Luka Modric u … jistgħu jipproduċu goals ewlenin aktar kmieni milli kontra l-Italja? Il-qawwa f’din l-iskwadra kienet notevoli ħafna anke qabel it-tieni taqsima mill-aqwa tagħhom kontra l-Azzurri. 

Il-players iħossuhom urtati mill-kritika li kien qed jirċievi Luis De La Fuente u ddeċidew li jagħmlu xi ħaġa dwarha. 

L-aħħar tliet logħbiet bejn dawn it-tnejn ipproduċew 19-il goal. Iva, medja ta’ sitta kull waħda! Ejja nittamaw għal aktar mill-istess.

Kif aktarx jilagħbu:

Kroazja: Livakovic; Juranovic, Vida, Sutalo, Perisić; Modric, Kovacic, Brozovic; Pasalic, Kramaric, Ivanusec.

Spanja: Simon; Carvajal, Le Normand, Laporte, Alba; Rodri, Merino/Ruíz; Asensio, Gavi, Fati; Morata.

Ekonomija

Sport