Tuesday, November 26, 2024

Illum tintlagħab il-finali tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Illum jintemm l-istaġun bil-finali tal-UEFA Champions League, f’Ataturk Stadium, fil-belt ta’ Istanbul, fit-Turkija, bejn Manchester City u Inter fejn it-team Ingliż jimmira li jirbaħ Treble storiku wara li rebaħ il-kampjonat Ingliż kif ukoll l-FA Cup. 

Inċidentalment, l-aħħar unur li rebħu dawn iż-żewġ timijiet kien it-tazza domestiku bl-iskor identiku ta’ 2-1 hekk kif is-Citizens għelbu lir-rivali eterni Manchester United  filwaqt li n-Neraz­zurri rebħu lil Fiorentina. 

U filwaqt li Manchester City qed ifittxu l-ewwel suċċess f’din il-kompetizzjoni, Inter jistgħu jiftaħu li reb­ħuha tliet darbiet – 1963–64 (v Real Madrid 3-1), 1964–65 (v Benfica 1-0), 2009–10 (v Bayern Munich 2-0). 

Min-naħa tat-team Ingliż, l-unika dehra tagħhom f’finali ta’ din il-kompetizzjoni kienet fl-2020/21 meta kienu sfaw megħluba minn Chelsea bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal minn Kai Havertz.

Iżda fil-finali tal-lum hu­ma se jibdew bħala l-favo­riti netti li jgħollu t-tazza ta’ widnejha kbar!

Dan minħabba li l-coach Pep Guardiola rnexxielu jibni team qawwi u bħal donnhom f’dawn l-aħħar xahrejn laħqu l-quċċata u ħadd ma seta’ jwaqqaf il-furja tagħhom u bħal urugan kaxkru dak kollu li sabu quddiemhom. 

L-erba’ players li huma l-arma letali tat-team huma, bla dubju, it-tliet midfielders Kevin De Bruyne, Bernardo Silva u Ilkay Gundogan … u l-attakkant Erling Haaland … meqjus bħala “l-annimal uman”.

Iżda Inter għandhom il- formula tagħhom kif jistgħu jwaqqfu l-magna tas-City u żgur li studjaw kull movi­ment u kull mossa tal-avversarji tagħ­hom.  

Biex waslu sal-finali, il- Manchunians rebħu Grupp G u għelbu b’aggregate lil Leipzig 8-1 (l-Aħħar 16); Ba­yern Munich 4-1 (kwarti-finali) u Real Madrid 5-1 (s­emi-finali).  

Min-naħa tal-Interisti, spiċċaw fit-tieni post ta’ Grupp C u għelbu b’aggregate lil Porto 1-0 (l-Aħħar 16); Benfica 5-3 (kwarti-finali); Milan 3-0 (semi-finali).

L-Ingliżi għandhom lil Nat­han Ake dubjuż filwaqt li Henrikh Mkhi­taryan u Joaquin Correa huma dubjużi għat-Taljani.  

Il-line-ups probabbli:

Man City: Ederson, Kyle Walker, Ruben Dias, Nathan Ake, Bernardo Silva, John Stones, Rodri, Jack Grealish, Kevin De Bruyne, Ilkay Gundogan, Erling Haaland Coach: Pep Guardiola

Inter: Andre Onana, Matteo Darmian, Francesco Acer­bi, Alessandro Bastoni, Denzel Dumfries, Nicolo Barella, Hakan Calhanoglu, Marcelo Brozovic, Federico Dimarco, Edin Dzeko, Lautaro Marti­nez – Coach: Simone Inzaghi

Referee: Szymon Marci­niak (Polonja) 

Sport