Illum fl-4.00 pm il-Ġordan se jiffaċċjaw lill-pajjiż ospitu, il-Qatar, fl-ewwel finali tagħhom tat-Tazza tal-Asja, bil-Qatar jimmiraw li jsiru t-tieni team li jirbaħ titli wara xulxin f’dan is- seklu.
It-team tal-Ġordan issorprenda lil kulħadd billi għeleb lill-Korea t’Isfel 2-0 fis-semi-finali, filwaqt li l-Qatar kisbu rebħa ta’ 3-2 kontra l-Iran f’partita eċċitanti.
Inizjalment, deher li l-Ġordan kienu qed jilagħbu kontra team ferm aktar b’saħħtu fis-semi-finali, iżda wrew lil kulħadd li kienu żbaljati billi żammew lill-Korea t’Isfel taħt pressjoni għal-logħba kollha.
Il-coach Hussein Ammouta ħareġ bi strateġija brillanti, li t-team tiegħu implimenta bla difetti, u żamm lit-team Korean milli jkollu xi xutt fil-mira. Il-Koreani, magħrufa għall-attakkanti b’saħħithom u kklassifikati fit-23 post fir-rankings tal- FIFA, 64 post fuq il-Ġordan, ma setgħux jissuperaw lid-difiża tal-Ġordan.
Rebħa għal Qatar tarahom isiru biss ir-raba’ pajjiż li jżomm it-titlu fl-istorja tal-kampjonat, u l-ewwel mill-Ġappun fl-2004.