Sunday, November 24, 2024

Ilma mħallat bil-pitrolju ħareġ miż-żona tal-ajruport għal ġo triq pubblika fiż-żona ta’ Ħal Farruġ

Aqra wkoll

Ftit wara nofsinhar tekniċi tal-Enemed innutaw pitrolju ħiereġ mill-impjant li jitratta l-ilma tax-xita li jinġabar madwar it-tankijiet tal-ħażna tal-fjuwil ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Hekk kif dan ġie nnutat, mill-ewwel ittieħdu l-passi neċessarji biex jingħalaq is-sors ħalli dan il-fjuwil ma jibqax ħiereġ ‘il barra.

Fiż-żona ristretta tal-ajruport beda l-proċess ta’ tindif. Ilma mħallat bil-pitrolju ħareġ miż-żona tal-ajruport għal ġo triq pubblika fiż-żona ta’ Ħal Farruġ. Dan il-fatt ġie rrappurtat lis-Sezzjoni tal- Protezzjoni Ċivili (CPD) li mill-ewwel marru fuq il-post u għalqu t-triq.

L-Enemed ikkooperat mas-CPD billi bagħtet materjal apposta ħalli jkun jista’ jinġabar dan l-ilma kkontaminat bil-pitrolju.

Sport