Fis-Sri Lanka, Il-kjuwijiet kbar ta’ vetturi li qed jistennew il-fjuwil fis-Sri Lanka saru komuni, hekk kif il-pajjiż jinsab fi kriżi ekonomika profonda minħabba li mhux jimporta biżżejjed fuel.
Kju minnhom, li jibda fil-qalba kummerċjali tal-kapitali Colombo, u jdur għal triq li tagħti mal-baħar, ikompli għal 5km. Fuq in-naħa ta’ quddiem ta’ dan il-kju hemm hemm Pratheem ta’ 43 sena. Ix-xufier tal-minibus ilu 10 ijiem jistenna fil-kju.
“Jien ilni norqod fil-karozza minn nhar il-Ħamis li għadda,” qal ix-xufier lill-BBC waqt li kien ħsiebu biex jasal lejn il-pompa tal-petrol. “Sitwazzjoni diffiċli ħafna imma x’nista ‘nagħmel … Lanqas se jkolli biex nimla t-tank.”
Xogħlu kien li jsuq lit-turisti. Fil-passat kien jeħodhom madwar il-pajjiż, iżda issa ma jistax jagħmel vjaġġi daqshekk twal u qed jillimita ruħu biex jagħmel vjaġġi lejn u mill-ajruport.
Il-petrol li ilu jistenna daqstant fil-kju għalih jikkalkula li se jservih biex jagħmel dan il-vjaġġ madwar tliet darbiet biss, qabel ma jkollu jerġa’ jsib ruħu fil-kju..
Ibnu jew ħuh jmorru u jbiddlulu xi ftit tas-sigħat biex ikun jista’ jmur sad-dar, iżda oħrajn li jinsabu f’dan il-kju lanqas għandhom min jibdlilhom u jkollhom jibqgħu huma.