Wednesday, December 25, 2024

“Ilu ġimgħa arrestat u għadhom ma tressqu l-ebda akkużi kontrih”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Jisħaq dan l-avukat tal-cameraman ta’ Reuters li kien ġie arrestat ġewwa l-Etjopja

Il-cameraman ta’ Reuters Kumerra Gemechu li ilu miżmum taħt arrest solitarju għal iktar minn ġimgħa għadu ma ġie ppreżentat bl-ebda akkużi jew evidenza li wettaq xi ħaġa kontra l-liġi. Dan qalu l-avukat ta’ Kummerra. 

Dan l-individwu kien ġie arrestat fid-dar tiegħu fil-kapitali tal-Etjopja Addis Ababa l-ġimgħa li għaddiet u l-arrest tiegħu se jibqa’ żgur sat-8 ta’ Jannar li ġej hekk kif għadha għaddejja l-investigazzjoni tal-pulizija. 

L-avukat Melkamu Ogo, meta kien qiegħed jitkellem mal-midja qal li l-pulizija informawh li l-investigazzjoni qiegħda tittratta akkużi dwa tixrid ta’ informazzjoni qarrieqa, komunikazzjoni ma’ gruppi li jopponu l-gvern, kif ukoll tfixkil tal-paċi u s-sigurtà pubblika. Il-familja ta’ Kumerra qalet li huwa qiegħed jiġi miżmum f’ċella kiesħa u b’saqqu mal-art. Il-familjari qalu li huma u anke l-avukat qed jitħallew iżuruh u anke ħadulu ħwejjeġ, ikel u mediċina. 

Ekonomija

Sport