Sunday, November 24, 2024

IM b’azzjoni immedjata biex jitneħħa l-periklu wara li ċediet biċċa mill-promenade f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, Infrastructure Malta flimkien ma’ numru ta’ periti bdew il-ħidma tagħhom sabiex jitneħħa l-periklu minn mal-promenade ta’ Wied il-Għajn. Dan hekk kif fl-aħħar sigħat ċediet parti mill-istess promenade waqt li kien għaddej xogħol ta’ tindif taħt il-pond min-naha tal-Kunsill stess.

Qal dan is-Sindku ta’ Wied il-Għajn, Mario Calleja, f’kitba li qasam fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook bħala ringrazzjament lil dawn il-persuni għall-koordinazzjoni u l-azzjoni immedjata tagħhom.

Sport