Is-sit l-Aġġornament tat-Temp qiegħed ibassar li l-ġimgħa d-dieħla mistennija x-xita.
Fil-fatt, Gordon Grech kiteb bħalissa hemm xi sħab fil-Punent Majjistru li ta xi raxxa xita bejn Malta u Sqallija. Peroà nhar it-Tlieta filgħaxija, firxa ta’ pressjoni baxxa se ġġib magħha temp insatbbli.
Għada t-Tnejn mistenni jkun ftit imsaħħab (possibbilità ta’ xi xita lokalizzata) b’riħ mil-Lbiċ Forza 3.
It-Tlieta ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna wara nofsinhar u bil-possibilità ta’ xi raxxa xita fit-tard. L-Erbgħa mistenni jkun imsaħħab u bix-xita u b’riħ forza 3 li jdur mil-Lbiċ Forza 3.
Imbagħad il-Ħamis bix-xita tul il-lejl li jsir ftit imsaħħab mal-jum u b’riħ forza 3 għal 4 Grigal Lvant.
Il-Ġimgħa imsaħħab bil-possibilità ta’ xi xita tul il-lejl li jsir ftit imsaħħab mal-jum. Riħ Forza 4 Grigal il-Lvant.
Is-Sibt ikun ftit jew wisq imsaħħab b’riħ Forza 4 mil-Lvant għax-Xlokk. Il-Ħadd ftit imsaħħab b’xi xita li jsir ftit imsaħħab mal-jum. Riħ Forza 3 Grigal.