Saturday, December 14, 2024

Imbuttah ma’ karozza pparkjata, biesu fuq xufftejh u sidru, u tah €10

Raġel jeħel 4 snin u 3 xhur ħabs

Aqra wkoll

Raymond Barbara ta’ 61 sena minn Birkirikara instab ħati li lbieraħ ikkorrompa tifel fil-bajja tal-Mistra wara li biesu fuq xufftejh. Hu kien ikkundannat 4 snin u 3 xhur ħabs.

Ir-rapport sar fl-Għassa tal-Qawra hekk kif omm it-tifel ċemplet l-għassa fejn qaltilhom b’dak li ġara fosthom li waqt li kienu fil-bajja tal-Mistra kien hem raġel li bies lit-tifel.

Il-pulizija mill-ewwel tkellmu mat-tifla fejn qallhom li Barbara beda jkellem lil ommu u nanntu waqt li kienu qegħdin jgħumu. It-tifel qal li meta kienu se jitilqu, Brabara imbuttah ma’ karozza pparkjata, biesu fuq xufftejh u sidru, tah €10 u qallu li jekk ried il-flus kellu jkellmu.

Il-pulizija mill-ewwel bdiet tinvestiga dan il-każ fejn arrestaw lil Barbara wara li ġie ddentifikat. Kien dalgħodu li hu tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia fejn kien akkużat li wettaq att sesswali mhux kunsenswali fuq it-tifel u b’korruzzjoni ta’ minorenni u li offenda l-morali pubblika.

Ir-raġel ammetta l-akkużi kollha kontrih filwaqt li l-Maġistrat Farrugia kkundannah 4 snin u 3 xhur ħabs waqt li ordna li isem ir-raġel jitniżżel fir-reġistru ta’ dawk li jwettqu offiżi sesswali.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Dorianne Tabone u Ryan Vella flimkien mal-Avukat Darlene Grima mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali waqt li għal Barbara deher l-Avukat Brandon Kirk Muscat.

Ekonomija

Sport