Saturday, November 23, 2024

Imexxu bl-eżempju!

Aqra wkoll

Ministri jerħulha għall-kafè jew għal qatgħa xaghar hekk kif ilbieraħ fetħu mill-ġdid il-barbiera u r-ristoranti

Ilbieraħ kienet ġurnata importanti għal pajjiżna. Dik li twassalna lura għan-normalità. Wara xhur magħluqin, ir-ristoranti, il-barbiera u stabbilimenti oħrajn reġgħu fetħu l-bibien tan-negozji tagħhom bil-għan li r-rota ekonomika terġa’ tibda ddur. Minkejja kollox, dan qiegħed isir taħt regolazzjonijiet stretti li fl-istess ħin jissalvagwardjaw is-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi mill-pandemija tal-COVID-19. 

Huwa sabiħ li terġa’ tibda tara lill-Kapitali ta’ pajjiżna, il-Belt Valletta, tieħu r-ruħ wara xhur ta’ sħab iswed. L-istess jista’ jingħad għal-lokalitajiet oħrajn bħal Tas-Sliema, San Ġiljan u Buġibba, lokalitajiet pilastri għas-settur turistiku, speċjalment fl-istaġun tas-sajf. 

Kienu diversi Ministri li lbieraħ riedu jimxu b’eżempju. Appena fetħu l-ħwienet dawn erħewlha għal belgħa kafè jew għal qatgħa xaghar. Il-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli, li kienet hi stess li ħabbret il-modus operandi l-ġdid tar-ristoranti fid-dawl tal-COVID-19, marret tieħu kafè u tiltaqa’ mal-ħaddiema li reġgħu bdew bir-rutina tas-soltu. Fuq l-istess passi mexa l-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia, li flimkiem ma’ xi kollegi mar jiekol f’ristorant hekk kif fetaħ mill-ġdid. Bl-istess estużjasmu, il-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, lbieraħ tella’ ritratt tiegħu għand il-barbier. 

Tabilħaqq dawn l-eżempji jimlew lill-poplu Malti u Għawdxi bil-kuraġġ li pajjiżna huwa quddiemnett fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Jimliena wkoll bil-kuraġġ, li l-ogħla individwi f’pajjiżna jmexxu b’eżempju u jippratikaw dak li jippriedkaw. 

Sport