F’ċerimonja li saret ilbieraħ filgħodu fil-batterija tas-salut fil-Barrakka ta’ Fuq, u li attenda għaliha l-President ta’ Malta George Vella, ġie mfakkar it-80 anniversarju mill-għoti tal-George Cross lill-poplu tal-Gżejjer Maltin.
Flimkien mar-rappreżentanti tal-George Cross Island Association inżammet ukoll minuta silenzju biex ikunu mfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija.