Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija ntqal li hemm persuna mfittxija b’rabta ma’ investigazzjonijiet dwar traffikar ta’ droga u sparatura li seħħet ġewwa Triq Dijonisju Famuċelli, l-Imsida nhar it-2 ta’ Ottubru, 2021.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger jew fuq il- linji 21224001 / 119 u jiġi kwotat in-numru 6/2021.