Transport Malta flimkien mal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi ħabbru li kienu qegħdin iniedu fond ta’ €1 miljun għal dawk li ġarrbu ħsarat kważa tal-maltempata Harry. Dawn il-fondi jistgħu jittieħdu minn dawk li mhux koperti b’polza ta’ assigurazzjoni.
Fi stqarrija ntqal li an il-fond ser ikun qiegħed jassisti ħsarat li saru f’żoni kostali u / jew villaġġi affetwati minn ilmijiet li telgħu l-art minħabba l-maltemp kif ukoll żoni urbani u residenzjali li kellhom effetti jew ħsarat minħabba siġar u veġetazzjoni li waqgħet u għamlet ħsarat fuq vetturi, ħsarat strutturali, faċċati ta’ djar u servizzi oħra relatati mal-ħsarat ikkawżati mill-maltemp.
Kull persuna privata, kumpanija jew għaqda volontarja tista’ tapplika għal għotja ta’ darba li tammonta għal massimu ta’ €5,000 fuq kull claim.
Transport Malta qalet li l-fondi se joħorġu mill-Corporate Social Responsibility tal-istess Awtorità li fih jinġabru flus li jitħallsu miċ-ċitazzjonijiet.
Għal aktar dettalji dwar l-iskema, il-pubbliku jista’ jidħol hawn: jew ibgħat email fuq [email protected]

