Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) ħabbar il-kontinġent tiegħu għal-Logħob tal-Commonwealth li ġej li se jkun qed isir f’Birmingham bejn it-28 ta’ Lulju u t-8 ta’ Awwissu.
Malta se tkun qed tikkompeti f’disa’ dixxiplini differenti u se tkun rappreżentata minn 29 atleta, li tlieta minnhom ikkwalifikaw bil-mertu tagħhom.
Id-Direttur tal-Isport u Chef de Mission Charlene Attard spjegat il-proċess ta’ kwalifikazzjoni li kellhom jgħaddu minnu l-atleti u nnutat li l-atleti tal-Weightlifting kienu l-uniċi atleti li kkwalifikaw fuq il-mertu tagħhom stess. Il-bqija tal-atleti, intgħażlu permezz tal-proċess ta’ allokazzjoni miftuħ, iżda nnutat li dawn laħqu l-Istandard Minimu ta’ Kwalifikazzjoni stabbilit mill-KOM
Julian Pace Bonello, President tal-KOM, irrimarka li l-esperjenza tal-kontinġent Malti varjat iżda madankollu, preżenti se jkun hemm xi wħud mit-talent promettenti ta’ Malta. Jingħaqdu mal-kontinġent se jkun hemm tliet membri tat-team tal-2018 Women’s Fours Lawn Bowls li ġabu d-dar Midalja tal-Bronż. Pace Bonello rringrazzja lill-Gvern, SportMalta u l-Commonwealth Games Federation tal-għajnuna finanzjara pprovduta lil l-atleti għal dawn il-Logħob.
Huwa kompla billi ħabbar li Kijan Sultana (Squash) u Tenishia Thornton (Weightlifting) se jkunu qedin jerfgħu l-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ fit-28 ta’ Lulju. Iż-żewġ atleti pproduċew riżultati eċċellenti fl-isfera internazzjonali bil-player tal-Under 19 Sultana bbażat fl-Awstralja jirbaħ diversi avvenimenti internazzjonali, filwaqt li Thornton kienet l-ewwel weightlifter Maltija li rebħet it-titlu tal-Kampjonat Dinji taż-Żgħażagħ IWF 2022 fil-Kategorija 55kg. Hija rebħet ukoll it-Tazza tal-Unjoni Ewropea l-ġimgħa li għaddiet.
Il-kontingent Malti se jkun akkumpanjat mill-president Julian Pace Bonello, is-Segretarju Ġenerali Kevin Azzopardi, Paul Sultana (Deputat Chef de Mission), Dr Lucienne Attard, Milos Stanisjvelic, Julian Rizzo Naudi u Dr Kurstein Sant (Medical) Team, David Azzopardi u Daniel Tanti Farrugia bħala Uffiċjali.
Kontinġent Malti
Atletika
Atleti: Claire Azzopardi, Charlotte Wingfield, Janet Richard, Carla Scicluna
Coaches / Uffiċjal: Rebecca Sare
Badminton
Atleti: Matthew Abela, Sam Cassar
Coaches / Uffiċjal: Matthey Haynes
Ċiklizmu
Atleta: Aiden Buttigieg
Coaches / Uffiċjal: Etienne Bonello
Judo
Atleti: Isaac Bezzina, Katryna Esposito
Coaches / Uffiċjal: Aurelien Fleisz
Lawn Bowls
Atleti: Connie Rixon, Rosemarie Rixon, Rebecca Rixon, Iren Attard, Shaun Parnins, Mark Malogorski, Troy Lorimer, Peter Ellul
Coaches / Uffiċjal: Rex Johnston, Joe Saragozza
Lotta
Atleti: Gary Giordimaina, Adam Vella
Coaches / Uffiċjal: Jesmond Giordmaina
Squash
Atleti: Kijan Sultana, Colette Sultana, Niall Engerer, Lija Sultana
Coaches / Uffiċjal: Robert Sultana
Triathlon
Atleti: Danica Bonello Spiteri, Keith Galea
Coaches / Uffiċjal: Warren Muscat
Weightlifting
Atleti: Tenishia Thornton, Yazmin Zammit Stevens, Roberta Tabone, Elisa Scicluna
Coaches / Uffiċjal Jesmond Caruana