Saturday, December 21, 2024

Imħabbar Team Malta għall-Festival Olimpiku taż-Żgħażagħ Ewropej (EYOF)

Aqra wkoll

Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) ħabbar l-ismijiet tal-kontinġent Malti li se jkun qed jirrapreżenta lil Malta f’Maribor, is-Slovenja bejn it-23 u d-29 ta’ Lulju. Malta se tkun qed tikkompeti fl-Atletika.

Immexxi mid-Direttur taż-Żgħażagħ tal-MOC Johanna Grech, il-kontinġent se jkun magħmul minn Isaac Bonnici, Jeremy Cassar u Matthew Galea Soler. Dan tal-aħħar kiteb l-istorja għal Malta s-sena l-oħra meta ġab midalja tal-Bronż – l-ewwel ta’ Malta f’dawn il-Logħob, fit-tiġrija tal-400m, f’ħin ta’ 48.84. Jakkumpanja l-kontinġent se jkun hemm il-kowċ tal-atletika Mario Bonello.

“Minkejja li hija delegazzjoni żgħira Malta se tkun rappreżentata b’uħud mill-istilel promettenti tagħha li se jkunu qed jikkompetu kontra wħud mill-atleti junior diġà stabbiliti fl-Ewropa” irrimarkat Johanna Grech, Chef de Mission u Direttur tal-KOM.

L-ewwel atleti li jer jikkompetu se jkunu Isaac Bonnici u Matthew Galea Soler li se jibdew jikkompetu fl-24 ta’ Lulju meta jsiru l-heats għat-800m u l-400m. Jeremy Cassar se jidħol fl-azzjoni fil-25 ta’ Lulju bl-avvenimenti ta’ kwalifikazzjoni għall-long jump.

Matthew Galea Soler li kiseb l-ewwel midalja mill-EYOF Matthew Galea Soler se jkun qed iġorr il-bandiera Maltija waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ fit-23 ta’ Lulju.

Ekonomija

Sport