Illum ġew imħabbra s-16-il finalist li se jkunu qed jikkompetu fil-Malta Junior Eurovision Song Contest. Dan se jkun qed jixxandar fit-2 ta’ Ottubru fuq TVM.
Il-kanzunetta rebbieħa tal-20 edizzjoni ser tkun qed tirrapreżenta lil Malta ġewwa Yerevan, il-kapitali tal-Armenja fil-11 ta’ Diċembru li ġej. Fis-serata finali, il-ġurija se jkollha 75% tal-vot filwaqt li l-pubbliku se jkollu 25% permezz tat-televoting.
Fost dawk il-pajjiżi li ser jieħdu sehem hemm; ir-Renju Unit, l-Ukrajna, Spanja u l-Italja.
Is-sena l-oħra Malta kienet rapreżentata minn Ike u Kaya, permezz tal-kanzunetta My Home li kienu kklasifikaw fit-12-il post.