Minn għada l-Ħamis, 14 ta’ Lulju, ser jinfetħu rotot ġodda mar-roundabout tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sabiex ikun jista’ jitkompla l-aħħar tħaffir tal-mina ta’ Ħal Kirkop u l-proġett li qed isir in-naħa tal-Ajruport. Dan tħabbar ftit tal-ħin ilu minn Infrastructure Malta.
Għaldaqstant, il-pubbliku huwa mħeġġeġ jagħmel użu minn rotta ġdida mill-Gudja lejn il-Mini ta’ Ħal Kirkop (minn Triq Ħal Far). Se jkun hemm ukoll korsija ġdida lejn it-Tramuntana fi Vjal l-Avjazzjoni biex mill-Gudja tkun tista’ tmur lejn Ħal Luqa jew Ħal Qormi.
L-aċċess minn u lejn l-Ajruport se jibqa’ kif inhu bħalissa.