Friday, March 6, 2026

Imħabbra l-iskwadri Nazzjonali tal-Blackball għat-Tazza tan-Nazzjonijiet 2026

Aqra wkoll


Il-Federazzjoni Maltija tal-Blackball ħabbret il-kontinġent li hu magħmul minn erba’ timijiet nazzjonali li se jieħdu sehem fit-Tazza tan-Nazzjonijiet 2026 li se jsir fl-Europa Sports Complex ġewwa Ġibilta’. It-timijiet li se jieħdu sehem hu tim tal-Irġiel A u B, it-tim ta’ taħt it-23 sena u dak ta’ ‘l fuq minn 40 sena.
It-tim tal-irġiel A mmexxi minn Clevion Micallef huwa compost minn Clayton Castaldi, Wayne Pace, Johan Attard, Mevrick Zammit, Miguel Amato, Lydan Debono u Gary Carr.
Sadanittant, Glenn Axiaq, Liam Mifsud, Luke Said, Shaun Attard, Gabriel Vella u Philip Gatt se jkunu qed jiffurmaw it-tim B tal-Irġiel.
It-tim ta’ taħt it-23 sena hu ffurmat minn Nick Muscat, Nordai Desira, Casdy Vella, Steven Muscat, Chaylon Castaldi u Matthias Debono taħt it-tmexxija tal-kowċ Duncan Edwards.
It-tim tas-Seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena u ċ-ċampjins renjanti tal-Ewropa hu kompost minn Jeffrey Farrugia, Stephen Mangion, Jesmond Schembri, Antoine Aquilina, Chris Tabone u Joseph Tabone u hu mmexxi minn Darren Micallef.
Din il-kompetizzjoni se ssir bejn it-9 u d-19 t’April u fiha se jieħdu sehem 16-il pajjiż fejn flimkien ma’ Malta hemm ukoll l-Awstralja, l-Ingilterra, l-Iskozja, Wales, l-Irlanda ta’ Fuq, Ġibilta’, Ir-Repubblika tal-Irlanda, il-Belġju, Ċipru, l-Olanda, Shetland, il-Katalunja, in-Norveġja, Reunion Island u Spanja.
Il-Federazzjoni Maltija tal-Blackball qed tipparteċipa f’dawn il-kampjonati permezz tal-assistenza finanzjarja ta’ SportMalta permezz tal-Iskema “International Participation Scheme”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport