Les Binks miet fl-età ta’ 73 sena. Huwa kien drummer tal-grupp famuż Ingliż tal-heavy metal Judas Priest li kienu fformaw lura fl-1969 f’Birmingham.
Għall-bidu dan il-grupp ma setax jikseb suċċess iżda kollox inbidel fl-1980 bl-album tagħhom “British Steel”. Fis-snin ta’ suċċess tagħhom il-Judas Priest ġew rikonoxxuti bħala wieħed mill-gruppi pijunieri tal-mużika heavy metal ġdida Ingliża.
Binks kien membru ta’ dan il-grupp metal bejn l-1997 u l-1979.