Il-kantanta Jill Sobule mietet fl-età ta’ 66 sena wara li d-dar tagħha inħakmet minn nirien. Il-mużiċista ta’ folk-pop magħrufa l-aktar għall-kanzunetta li ħarġet fl-1995 “I Kissed a Girl” u super mudella kellha tella’ kunċert f’Denver illum.
Il-maniġer tagħha John Porter fi stqarrija qal, “ħadt gost ħafna naħdem magħha. Tlift klijenta u ħabiba. Nittama li hija, il-mużika u l-legat tagħha jkomplu jispiraw lin-nies”.
Skont rapporti fil-midja ħaddiema tat-tifi tan-nar marru fuq il-post imma d-dar ta’ Sobule kienet diġà maħkuma kompletament min-nirien. Il-kawża ta’ dan l-inċident għadha mhux magħrufa.
Skont “Star Tribute” il-pulizija tas-subborg Woodbury qegħdin jinvestigaw x’wassal għan-nirien fatali.
Tul it-30 sena ta’ karriera tagħha Jill Sobule bil-mużika tagħha kienet vuċi għal kwistjonijiet importanti ħafna fosthom id-drittijiet tal-persuni LGBTQ+, il-piena kapitli u l-anoreksja.