Monday, January 19, 2026

Imħabbra miżuri minħabba ċ-Ċiklun Harry li se jolqot lill-pajjiżna

Aqra wkoll

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Byron Camilleri ħabbar diversi miżuri li bihom ikun prevenzjoni biex ħadd ma jweġġa’ hekk kif il-qofol tal-maltempata mistennija tolqot lill-pajjiżna għall-ħabta tas-1.00a.m u tibqa’ għaddejja sa għada fl-4.00p.m.

L-istqarrija tal-Gvern tgħid hekk:

Ibbażat fuq l-informazzjoni li għandu f’idejh il-Gvern dwar is-sitwazzjoni tat-temp u kif din tista’ tiżviluppa, dawn huma l-aħħar aġġornamenti li għandna: 

Ħaddiema tal-amministrazzjoni pubblika li x-xogħol tagħhom jippermetti li jsir b’mod remot huma mħeġġa li għada jaħdmu b’mod remot.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qed javża li minħabba n-numru sostanzjali ta’ edukaturi Għawdxin fl-iskejjel primarji tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u l-Qawra, dawn l-iskejjel se jinżammu magħluqa. Ġenituri/kustodja tal-istudenti li jattendu f’dawn l-iskejjel qed ikunu mgħarrfa biex iżommu lil uliedhom id-dar.

L-iskejjel l-oħrajn madwar il-pajjiż se jkunu miftuħin b’mod normali u fil-ħinijiet normali tagħhom. Madankollu dawk il-ġenituri/kustodja li jħossu li minħabba l-maltemp għandhom iżommu lil uliedhom id-dar, dawn l-istudenti għall-jum ta’ għada biss se jkunu meqjusa bħala skużati.

Dan ser japplika ukoll għaċ-childcare centres, jiġifieri dawk il-ġenituri jagħżlu li ma jibgħatux it-tfal iċ-childcare – ser ikunu skużati. 

Il-ġabra tal-iskart tal-borża s-sewda għada mhix se ssir u għalhekk ħadd m’għandu joħroġ il-borża tal-iskart tul il-jum ta’ għada. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport