Saturday, November 23, 2024

Imħabbra xogħlijiet fuq is-saqaf tal-workshop tad-Direttorat tal-Manifattura u Servizzi f’Kordin

Aqra wkoll

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar li fil-ġranet li ġejjin mistennija jibdew ix-xogħlijet fuq is-saqaf u t-twieqi tal-workshop prinċipali tal-Direttorat tal-Manifattura u Servizzi fil-qasam industrijali ta’ Kordin.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi qal li dan ix-xogħol se jsir mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u huwa maħsub li jdum madwar erba’ xhur. Il-ministru kompla jgħid li dan l-investiment ta’ madwar €800,000 qed isir biex il-ħaddiema ta’ din it-taqsima jkollhom ambjent tax-xogħol aktar san u sigur u b’hekk, tiżdied il-produttività tas-servizzi pprovduti. Huwa temm billi saħaq dwar l-importanza li ma jintilfux is-snajjiet u l-ħiliet ta’ dawn il-ħaddiema u li jibqa’ jingħata taħriġ kontinwu għan-neċessitajiet tal-lum il-ġurnata.   

Is-Sur Raymond Caruana, id-Direttur tal-Manifattura u Servizzi, spjega li permezz ta’ dan il-proġett se jinbidel is-saqaf tal-ħadid eżistenti u minfloku se jsiru “insulated sandwich panels”.  Se jinbidlu wkoll it-twieqi ma’ oħrajn ġodda elettroniċi li jinfetħu b’mod awtomatiku b’mekkaniżmu apposta. L-istruttura l-ġdida ta’ dan is-saqaf se tinħadem b’mod li fuqha jkunu jistgħu jiġu installati pannelli fotovoltajċi għall-produzzjoni tal-elettriku fuq il-post.

Waqt iż-żjara, il-Ministru Zrinzo Azzopardi ltaqa’ wkoll mal-ħaddiema fid-diversi workshops u uffiċini ta’ dan id-direttorat.

Sport