Saturday, November 22, 2025

Imħabbra xogħlijiet fuq seba’ sqaqien residenzjali fil-Għargħur wara talba mir-residenti

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia, flimkien mas-Sindku tal-Għargħur Mariah Meli, ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin, ser jibdew xogħlijiet fuq seba’ sqaqien residenzjali wara talba mir-residenti.

Is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia qal, “Permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet, bħala Public Works qegħdin inkomplu nibgħatu messaġġ b’saħħtu li nisimgħu lir-residenti u lill-kunsilli lokali, biex imbagħad inwettqu proġetti infrastrutturali li jbiddlu ċ-ċentru tal-komunitajiet tagħna f’ambjent isbaħ u iktar sigur.”

Is-Sindku tal-Għargħur Mariah Meli qalet kif dawn ix-xogħlijiet huma frott id-djalogu ħaj u kontinwu mar-residenti, kif ukoll sinerġija sħiħa mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport