L-Imħallef Aaron Bugeja, ftit tal-ħin ilu f’digriet li ħareġ ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Lilu King. Dan ifisser li hu se jibqa’ jinżamm arrestat fil-Faċilita Korretiva ta’ Kordin.
Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, jew kif inhu magħruf aħjar hu Libjan u ilu minn Mejju li għadda arrestat wara li kien tressaq il-Qorti b’akkużi ta’ frodi, evażjoni tat-taxxa u li pparteċipa f’organizzazzjoni kriminali.
Id-difiża kienet ressqet talba quddiem l-Imħallef biex hu jingħata l-ħelsien mill-arrest. Huma argumentaw li l-prosekuzzjoni mhix qed tipprovdi evidenza għal dan il-każ, filwaqt li fir-risposta tagħha l-prosekuzzjoni qalet li dan hu każ sensittiv u jekk jinħareġ mill-ħabs tibqa’ l-biża’ ta’ ntralċ tal-provi.