Wednesday, December 25, 2024

Imħallef ma jsib xejn illegali fi promozzjonijiet fl-armata

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Imħallef Mark Chetcuti iddikjara li ma setax jgħid li d-deċiżjoni li jiġu promossi erba’ suldati bħala kurunelli fil-Forzi Armati kienet illegali.

Huwa kien qed jiddeċiedi kawża kostituzzjonali li l-Logutenent Kurunell Andrew Mallia fetaħ fil-konfront tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali.

Huwa lmenta li l-promozzjoni ta’ Pierre Vassallo, Mark Said, Jeffrey Curmi u Mark Mallia għall-grad ta’ Kurunell meta kienu anqas anzjani minnu u meta kienu ġew promossi ġimagħtejn qabel ma ngħataw din il-promozzjoni.

Wara li sema, fost oħrajn, lill-eks-Ministru Manuel Mallia u anke suldati dwar il-proċess tal-ħatra l-Imħallef Chetcuti irrimarka li mill-provi li tressqu quddiemu jidher li l-idea li ċertu kwalifiki għandhom aktar saħħa mill-anzjanita għar-rigward tal-promozzjonijiet m’hijiex xi waħda ġdida jew esklussiva għar-ranks l-għoljin.

Huwa ħa konsiderazzjoni tal-korsijiet li segwew il-Brigadier Curmi u l-Kurunell Mallia fejn sostna li d-deċiżjoni li jiġu promossi huma floku ma tidhirx irraġjonevoli.

Waqt li sostna li jifhem li l-proċess li permezz tiegħu ġew promossi kien dubjuż, ikkunsidrat il-fatt li ġew promossi darbtejn f’ġimagħtejn, l-Imħallef Chetcuti qal li ma setax isejjes id-deċiżjoni tiegħu fuq suspetti jew dubji imma fuq provi konkreti li jitressqu quddiemu.

Kien għalhekk li huwa ċaħad it-talbiet li għamel il-Logutenent Kurunell Mallia.

Ekonomija

Sport