Sunday, November 24, 2024

Imħatri llegali: Juventus se jgħinu lil Nicoló Fagioli

Aqra wkoll

Juventus jinsabu ma’ Nicolò Fagioli hekk kif hija stabbilita d-data għar-ritorn tiegħu mis-sospensjoni ta’ seba’ xhur u ħamsa oħra sospiżi għall-involviment tiegħu fl-iskandlu tal-imħatri.

Juventus ħarġu stqarrija li kkonfermaw “l-appoġġ sħiħ” tagħhom għal Fa­gioli hekk kif beda s-sospen­sjoni ta’ seba’ xhur u trattament għal dipendenza fuq il-logħob, sabiex ikun jista’ jirritorna għall-aħħar partita ta’ dan l-istaġun.

Kien hemm xi konfużjoni dwar meta se tibda formalment is-sospensjoni u għalhekk meta se jkun jista’ jirritorna fil-ground.

Il-FIGC (Federazzjoni Tal­jana tal-Football) ħabbret li din bdiet il-Ħamis.

Dan ifisser li fit-teorija Fagioli jista’ jirritorna għall-aħħar partita tal-istaġun tas-Serie A, meta Juventus jilqgħu lil Monza fis-26 ta’ Mejju.

Il-ftehim ta’ motivi ġie formalizzat fi projbizzjoni ta’ seba’ xhur mill-qasam, hekk kif ħames xhur tas-sentenza totali ta’ 12-il xahar ġew ikkommutati għal trattament għall-viz­zju tal-logħob tal-azzard u mill-inqas 10 dehriet pubbliċi biex jiskoraġġixxu lil oħrajn milli jaqgħu fl-istess nassa.

Intant, Juventus ikkonfermaw li se jkomplu jagħtu s-salarju sħiħ lil Fagioli u se jippermettulu jitħarreġ mat-team fil-ground tal-Continassa, iżda mhux se jkun jista’ jieħu sehem f’partiti uffiċjali.

Il-FIGC imponietlu wkoll multa ta’ €12,500.

“Il-club, wara li ħa nota tal-istqarrija għall-istampa uffiċjali tal-FIGC, jikkonferma l-appoġġ sħiħ tiegħu lil Fagioli biex jindirizza din it-triq, billi jipprovdi lill-player bl-appoġġ meħ­tieġ fl-implimentazzjoni tal-pjan terapewtiku indikat u, kif previst espressament fil-ftehim, jikkollabora mal- Federazzjoni biex jiddeskrivi l-ħatriet skedati.

“Aħna konvinti bis-sħiħ li Nicolò, bl-appoġġ tal-club, ta’ sħabu, tal-familja tiegħu u tal-professjonisti li se jappoġġjawh, se jiffaċċja t-triq terapewtika u ta’ taħriġ b’sens kbir ta’ res­ponsabbiltà u, ladarba l-iskwalifika tkun innotifikata, ikun jista’ jerġa’ jikkompeti bis-serenità dovuta”.

Sport