Sunday, November 24, 2024

Imħatri llegali: L-avukati ta’ Zaniolo jsostu li huwa lagħab biss poker u blackjack online

Aqra wkoll

L-avukati tal-attakkant ta’ Aston Villa u l-Italja, Nicolò Zaniolo, jinsistu li “qatt ma għamel imħatri” fuq il-football iżda lagħab biss poker u blackjack online u għalhekk jekk dan jiġi konfermat ma jiffaċċjax sospensjoni.

Filwaqt li l-midfielder ta’ Juventus, Nicolò Fagioli, u anke l-istilla ta’ Newcastle United, Sandro Tonali, allegatament stqar­rew li ħallew il-logħob tal-azzard u l-imħatri fuq logħbiet tal-football jaħarbu minn taħt idejhom, Zaniolo għandu approċċ differenti biex jiġi nvestigat għall-iskandlu tal-imħatri.

“Nicolò qatt ma għamel imħatri, huwa assigurani minn dan,” qal l-Avukat Gianluca Tognozzi lill-ġurnal sportiv Taljan.

“Huwa possibbli li kien qed jilgħab logħob tal-karti bħall-poker u l-blackjack fuq pjattaformi llegali online, iżda mi­ngħajr ma kien jaf li kienu llegali.

“Se niċċaraw kollox”.

Il-players professjonali huma teknikament ipprojbiti minn kwalunkwe forma ta’ logħob tal-azzard, iżda jekk Zaniolo ma lagħabx fuq il-football jew xi sport ieħor, allura l-pożizzjoni tiegħu tkun differenti ħafna mill-perspettiva tal-ġustizzja legali u sportiva.

“Huwa jirriskja ftit mijiet ta’ ewros f’multi, sakemm ovvjament ma jagħmilx hekk ta’ spiss li jiġġustifika aktar kastig, iżda anke f’dak il-każ, ikun minimu.”

Din hija ċertament verżjoni differenti minn dik li ħarġet fl-aħħar jiem, li skont­ha Zaniolo kien jiffaċċja sanzjonijiet aktar ħorox minn sħabu għax kien ikollu rwol fit-tixrid u l-organizzazzjoni taċ-ċirku tal-imħatri llegali li jinvolvi lill-kollegi tiegħu.

Il-ġurnalist magħruf tax-xnigħat ta’ dawn il-każijiet, Fabrizio Corona, sostna wkoll li omm Zaniolo kellha rwol fil-logħob tal-azzard.

Sport